Conservation of Wild Birds (Declaration on a Derogation for a 2010 Spring Hunting Season for Turtledove and Quail) Regulations, 2010 (L.N. 222 of 2010)
Made 2010 · Text as of 2026-10-01
Public law and official guidance, published as research. Not legal, tax or financial advice.
About this law
- Language
- English
- Kind
- Regulation
- Country
- Malta
- Subjects
- Wild species and ecosystems
- Keywords
- birds, hunting/capture, seasons, hunting authorization/permit
Where to read it
No source link is recorded for this law.
Text
The law's own text, section by section, as held. Each section has its own link.
B 2079VERŻJONI ELETTRONIKA A.L. 222 ta’ l-2010 ATT DWAR IL-ĦARSIEN TA’ L-AMBJENT (KAP. 435) Regolamenti ta’ l-2010 dwar il-Konservazzjoni ta’ Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għal Staġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa għal Gamiem u Summien għas-sena 2010 ) BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikoli 9 u 10(2) ta’ l-Att dwar il-Ħarsien ta’ l-Ambjent u bir-regolamenti 3 u 5 tar Regolamenti ta’ l-2010 dwar il-Konservazzjoni ta’ Għasafar Selvaġġi (Qafas Biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun għall-Kaċċa tal-Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa), il-Prim Ministru għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin 1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal 2010 dwar il-Konservazzjoni ta’ Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għal Staġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa għal Gamiem u Summien għas-sena 2010 ). 2. Kliem u frażijiet użati f’dawn ir-regolamenti, kemm il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, għandu jkollhom l-istess tifsir bħal dak mogħti fir-Regolamenti ta’ l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta’ l-Għasafar Selvaġġi, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħin “ir-Regolamenti tal-2006”. 3. Għall-finijiet tat-tieni proviso tar-regolament 10(6) tar Regolamenti tal-2006 u ta’ dawn ir-regolamenti, il-perjodu għall kaċċa fuq il-gamiema u s-summiena għas-sena 2010, aktar ’il quddiem f’dawn ir-regolamenti msejjaħ “l-istaġun tal-kaċċa fir Rebbiegħa”, għandu jkun mill-24 ta’ April sat-30 ta’ April, 2010, iż-żewġ dati inklużi. 4. Għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti, l-istaġun tal kaċċa fir-Rebbiegħa għandu jkun skond id-dispożizzjonijiet tal qafas provdut bir-Regolamenti tal-2010 dwar il-Konservazzjoni ta’ Għasafar Selvaġġi (Qafas Biex Tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun għall-Kaċċa tal-Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa) Titolu. Tifsir. Perjodu tal-kaċċa stabbilit. Kaċċa skond il-qafas stipulat. Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 18,577, 9 ta’ April, 2010 Taqsima B B 2080 VERŻJONI ELETTRONIKA b’dan iżda li d-dispożizzjonijiet tar-regolament 5 ta’ dawn ir regolamenti għandhom japplikaw fejn ma hux speċifikatament provdut fl-ismsemmija Regolamenti tal-2010. 5. (1) In-numru ta’ Liċenzi Għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa li jistgħu jinħarġu taħt dawn ir-regolamenti ma għandux ikun aktar minn 2,500 u għandhom ikunu bi ħlas ta’ dritt ta’ ħamsa u għoxrin (25) euro għal kull liċenza. (2) Il-Liċenza Għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa għandha tistabbilixxi l-kwota komplessiva għall-istaġun tal-kaċċa fir Rebbiegħa ta’ 3,600 għas-summien u ta’ 3,900 għall-gamiem bħala n-numru totali ta’ għasafar li jistgħu jiġu kaċċati taħt l-awtorità tal liċenzi kollha maħruġa meħudin flimkien. (3) Il-Liċenza Għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa għandha tistabbilixxi l-kwota ta’ għasafar li jistgħu jinqabdu kuljum ta’ żewġ (2) għasafar u l-kwota ta’ għasafar li jistgħu jinqabdu matul l-istaġun ta’ tlett (3) għasafar għal kull Liċenza Għall-Kaċċa fir Rebbiegħa. Kwoti. B 2081VERŻJONI ELETTRONIKA L.N. 222 of 2010 ENVIRONMENT PROTECTION ACT (CAP. 435) Conservation of Wild Birds (Declaration on a Derogation for a 2010 Spring Hunting Season for Turtledove and Quail) Regulations, 2010 BY VIRTUE of the powers conferred by articles 9 and 10(2) of the Environment Protection Act, and by regulations 3 and 5 of the Conservation of Wild Birds (Framework for Allowing a Derogation Opening a Spring Hunting Season for Turtle Dove and Quail) Regulations, 2010, the Prime Minister has made the following regulations – 1. The title of these regulations is the Conservation of Wild Birds Regulations (Declaration on a Derogation for a 2010 Spring Hunting Season for Turtledove and Quail) Regulations, 2010. 2. Terms and expressions used in these regulations, unless the context otherwise requires, shall have the same meaning as given to them in the Conservation of Wild Birds Regulations, 2006, hereinafter referred to as the “2006 Regulations”. 3. For the purposes of the second proviso to regulation 10(6) of the 2006 Regulations and for the purposes of these regulations the period for the hunting of turtledove and quail for the year 2010, hereinafter in these regulations referred to as “the spring hunting season”, shall be from the 24th April to the 30th April, 2010, both dates included. 4. For the purposes of these regulations, the spring hunting season shall be in accordance with the provisons of the framework laid down by the Conservation of Wild Birds (Framework for Allowing a Derogation Opening a Spring Hunting Season for Turtledove and Quail) Regulations, 2010 so however that the provisions of regulation 5 of these regulations shall apply where not specifically provided in the said 2010 Regulations. 5. (1) The number of Spring Hunting Licences which may be issued under these regulations shall not exceed 2,500 and shall be against payment of a fee of twenty-five (25) euro for each licence. Title. Interpretation. Established hunting period. Hunting according to set framework. Quotas. B 2082 VERŻJONI ELETTRONIKA (2) The Spring Hunting Licence shall set the overall bag limit for the spring hunting season at 3600 for quail and 3900 for turtledove as the total number of birds which may be hunted under the authority of all issued licences taken together. (3) The Spring Hunting Licence shall set the daily bag limit to two (2) birds and the spring hunting season’s bag limit to three (3) birds per Spring Hunting Licence. Ippubblikat mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (doi.gov.mt) — Valletta — Published by the Department of Information (doi.gov.mt) — Valletta Mitbugħ fl-Istamperija tal-Gvern fuq karta riċiklata — Printed at the Government Printing Press on recycled paper Prezz/Price €0.19