Assessment and Management of Flood Risks Regulations, 2010 (L.N. 264 of 2010)
Made 2010 · Text as of 2026-10-01
Public law and official guidance, published as research. Not legal, tax or financial advice.
About this law
- Language
- English
- Kind
- Regulation
- Country
- Malta
- Subjects
- Land and soil, Water
- Keywords
- flood, hazards, policy/planning, cultural heritage, basin/catchment/watershed, inland waters
Where to read it
No source link is recorded for this law.
Text
The law's own text, section by section, as held. Each section has its own link.
B 2645VERŻJONI ELETTRONIKA A.L. 264 tal-2010 ATT DWAR AWTORITA’ TA’ MALTA DWAR IR-RIŻORSI (KAP. 423) Regolamenti ta’ l-2010 dwar il-Valutazzjoni u l-Immanniġġar ta’ Riskji ta’ Għargħar BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-artikolu 28 ta’ l-Att dwar Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin: 1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti ta’ l-2010 dwar il-Valutazzjoni u l-Immanniġġar ta’ Riskji ta’ Għargħar. (2) L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti hu li tiġi trasposta d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 23 Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immanniġġar ta’ riskji ta’ l-għargħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) li tistabbilixxi qafas għall valutazzjoni u l-immanniġġar ta’ riskji ta’ għargħar, bil-għan li tnaqqas il-konsegwenzi negattivi fuq saħħet il-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika assoċjata ma’ l-għargħar. 2. (1) Kliem u frażijiet mhux imfissra f ’dawn ir regolamenti għandhom jiftiehmu skond it-tifsira mogħtija fl-Att. (2) F’dawn ir-regolamenti sakemm ir-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra: “l-Att” tfisser l-Att dwar Awtorità ta’ Malta dwar ir Riżorsi; “l-awtorità kompetenti” tfisser l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi; “distrett ta’ baċin” tfisser żona ta’ art jew baħar, magħmula minn xi qbid wieħed jew aktar ta’ ilma qrib flimkien ma’ ilmijiet assoċjati magħhom u ilmijiet tal-kosta; Titolu u Skop. Tifsir. Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 18,587, 4 ta’ Mejju, 2010 Taqsima B B 2646 VERŻJONI ELETTRONIKA “għarghar” tfisser meta art li normalment ma titgħattiex bl-ilma titgħatta temporanjament bl-ilma. Dan jinkludi l-għargħar minn xmajjar, turrenti tal-muntanji, korsijiet effimeri ta’ ilma fil-Mediterran, u għargħar mill-baħar f’żoni kostali, u jeskludi l-għargħar mis-sistemi tad-drenaġġ; “qbid ta’ l-ilma” tfisser żona ta’ art minn fejn kull kull ilma fil-wiċċ inixxi minn sekwenza kurrenti ta’ l-ilma, xmajjar u, possibilment, lagi għal ġol-baħar minn bokka waħda ta’ xmara, estwarju jew delta; “riskju ta’ għargħar” tfisser il-kombinazzjoni tal probabbiltà ta’ każ ta’ għargħar u tal-konsegwenzi potenzjali negattivi fuq saħħet il-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika assoċjata ma’ każ ta’ għargħar; “sotto-baċin” tfisser iż-żona ta’ art minn fejn kull ilma fil-wiċċ inixxi minn serje ta’ flussi, xmajjar u, possibilment, lagi lejn punt partikolari f’kors ta’ l-ilma (normalment lag jew konfluwenzi ta’ xmara); “xmara” tfisser korp ta’ ilma intern li jnixxi bil-parti l-kbira fuq wiċċ l-art imma li jista’ jnixxi taħt l-art f’parti mill-kors tiegħu. (3) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, kull referenza għad-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jinqraw u jiftiehmu bħallikieku qed issir referenza għad dispożizzjonijiet tar-regolamenti li jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-direttiva fil-liġi Maltija. 3. (1) L-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar għal kull distrett ta’ baċin u unità ta’ immaniġġar sat-22 ta’ Diċembru 2011. Din il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar li tagħti valutazzjoni ta’ risku potenzjali għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni disponibbli jew faċilment derivabbli, bħal reġistri u studji dwar żviluppi fuq perjodu fit-tul, b’mod partikolari l-impatt tal-bidla fil-klima fuq kif jiġru l-għargħar u għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa fis subregolament (2) ta’ dan ir-regolament. (2) Il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar għandha tinkludi mill-inqas: Valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar. B 2647VERŻJONI ELETTRONIKA (a) mapep tad-distretti ta’ baċin bi skala adatta li tinkludi l-konfini tal-baċini tax-xmara, sotto-baċini u fejn jeżistu, żoni kostali, li juru t-topografija u l-użu l-art; (b) deskrizzjoni ta’ l-għargħar li seħħew fl-imgħoddi u li kellhom impatti negattivi sinjifikanti fuq saħħet il bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika u li għalihom il-possibbiltà ta’ każijiet simili fil-ġejjieni għadha rilevanti, inkluż l-għargħar u r-rotot ta’ mogħdija u valutazzjoni ta’ l-impatti negattivi li jkunu ġabu magħhom; (ċ) deskrizzjoni ta’ l-għargħar kollha sinifikanti li seħħew fl-imgħoddi, meta jistgħu jiġu previsti konsegwenzi negattivi sinifikanti f’avvenimenti futuri simili. (3) L-awtorità kompetenti għandha, fejn ikun ikkunsidrat meħtieġ, b’kollaborazzjoni u bil-kontribut ta’ l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħmel evalwazzjoni tal konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ l-għargħar futuri fuq saħħet il-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, li kemm tista’ tikkunsidra kwistjonijiet bħat-topografija, il-pożizzjoni tal-ilma u karatteristiċi idroloġiċi u ġeo-morfoloġiċi ġenerali tagħhom, għargħar bħala żoni naturali ta’ żamma, l-effettività ta’ infrastrutturi eżistenti magħmula mill-bniedem biex iservu bħala difiża mill-għargħar, il-pożizzjoni taż-żoni abitati, żoni ta’ attività ekonomika u żviluppi fit-tul inklużi l-impatti tal-bidla fil-klima fuq għargħar li jiġru. 4. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta għargħar, l-awtorità kompetenti għandha tidentifika dawk iż-żoni fejn ikun hemm riskju potenzjali ta’ għargħar sinifikanti jew li jista’ jitqies li x’aktarx iseħħ. 5. (1) L-awtorità kompetenti għandha tħejji mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep tar-riskju ta’ għargħar għaż-żoni identifikati skond ir-regolament 4. (2) Mapep tal-periklu ta’ għargħar għandhom ikopru ż-żoni ġeografiċi li jistgħu jegħrqu skond ix-xenarji li ġejjin: (a) għargħar bi probabbiltà baxxa, jew xenarju ta’ każ estrem; Mapep ta’ periklu ta’ għargħar. Identifikazzjoni ta’ żoni ta’ riskju potenzjali ta’ għargħar sinifikanti. B 2648 VERŻJONI ELETTRONIKA (b) għargħar bi probabbiltà medja li x’aktarx jirritornaw f’perijodu ta’ iżjed minn mitt sena; (c) għargħar bi probabbiltà għolja, meta jkun adatt; (3) Għal kull xenarju msemmi fis-subregolament (2) għandu jintwera dan li ġej: (a) il-limitu ta’ l-għargħar; (b) il-fond jew il-livell ta’ l-ilma, skond il-każ; (ċ) meta jkun hekk adatt, il-veloċità tal-fluss jew il fluss ta’ ilma rilevanti. (4) Mapep tar-riskju ta’ għargħar għandhom juru l-konsegwenzi negattivi potenzjali skond ix-xenarji msemmija fis subregolament (2) u għandhom ikunu espressi bħala: (a) n-numru indikattiv ta’ abitanti li jistgħu jiġu affettwati; (b) it-tip ta’ attività ekonomika fiż-żona li tista’ tiġi affettwata; (ċ) stallazzjonijiet kif imsemmijin fl-Anness I mad Direttiva 96/61/KE tal-24 Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll li jistgħu jikkaġunaw tniġġis aċċidentali f’każ ta’ għargħar u żoni protetti li jistgħu jiġu affettwati identifikati fl Anness IV (1) (i), (iii) u (v) tad-Direttiva 200/60/KE; (d) kull informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis li tkun utli, bħall-indikazzjoni ta’ żoni fejn għargħar b’kontenut kbir ta’ sedimenti trasportati u għargħar bi tkaxkir jista’ jseħħ u informazzjoni dwar sorsi sinifikanti oħra ta’ tniġġis. (5) Għal żoni kostali u ż-żoni fejn għargħar jiġi minn sorsi ta’ ilma taħt l-art it-tħejjija ta’ mapep ta’ periklu ta’ għargħar għandha tkun limitata għal għargħar bi probabbiltà baxxa jew xenarji ta’ avvenimenti estremi. (6) Il-mapep ta’ periklu ta’ għargħar u l-mapep ta’ riskju ta’ għargħar għandhom jitlestew sat-22 Diċembru 2013. B 2649VERŻJONI ELETTRONIKA 6. (1) L-awtorità kompetenti għandha tfassal Pjanijiet għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar fuq il-bażi tal-mapep tar riskju ta’ għargħar għal kull żono identifikata skond ir-regolament 4. (2) Il-Pjan għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar għandu jinkorpora l-għanijiet għal kull wieħed minn dawn iż żoni identifikati skond ir-regolament 4, li jiffoka fuq it-tnaqqis tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ għargħar għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika u fejn adatt fuq inizjattivi non-strutturali jew fuq it- tnaqqis tal probabbiltà ta’ għargħar. (3) Il-Pjan għall-Immaniġġjar tar-Riskju ta’ Għargħar għandu jinkludi l-elementi elenkati fi Skeda I li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti u għandhom iqisu aspetti rilevanti bħall-ispejjeż u l-benefiċċji, l-għargħar u r-rotot ta’ mogħdija għall-għargħar u ż-żoni li għandhom l-potenzjal ta’ żamma ta’ ilma tal-għargħar, bħal għargħar naturali, l-objettivi ambjentali ta’ l-Artiklu 4 tar Id-Direttiva 2000/60/KE, il-ħamrija u l-ilma, l-ippjanar spazjali, l-użu tal-art, il-konservazzjoni tan-natura, in-navigazzjoni u l-infrastruttura tal-port. (4) Il-pjanijiet għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandu jindirizza l-aspetti kollha tal-ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar u jiffokaw fuq il-protezzjoni, it-tħejjija, inkluż it tbassir ta’ għargħar u sistemi ta’ twissija bikrija u b’kont meħud tal-karatteristiċi tal-baċin tax-xmara jew sotto-baċin partikolari kif ukoll il-promozzjoni ta’ prattiċi sostenibbli, l-użu tal-art, it-titjib ta’ żamma ta’ l-ilma kif ukoll l-għargħar ikkontrollat ta’ ċerti żoni f’każ li jseħħ għargħar. (5) Il-pjan għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandu jitlesta u jiġi pubblikat sat-22 December 2015. 7. (1) L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti għandha tiġi effettwata flimkien mar-Regolamenti tal-2004 dwar Pjan ta’ Azzjon fil-Qasam tal-Politika tal-Ilma, u għandu jiffoka fuq l-opportunitajiet għat-titjib ta’ effiċjenza, skambju ta’ informazzjoni, sabiex jinkisbu sinerġiji u benefiċċji komuni wara li jiġu kkunsidrati l-objettivi ambjentali stabbiliti f’dawn ir regolamenti, b’ mod partikolari: (a) l-iżvilupp ta’ l-ewwel mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep tar-riskju ta’ għargħar u r-reviżjonijiet sussegwenti tagħhom għandhom jitwettqu b’tali mod li l-informazzjoni li Pjan għall-immaniġġar ta’ riskju ta’ għargħar. Implimentazzjoni. A.L. 194 tal-2004. B 2650 VERŻJONI ELETTRONIKA jkun fihom tkun konsistenti ma’ l-informazzjoni rilevanti li jappartjenu għar-Regolamenti tal-2004 dwar Pjan ta’ Azzjon fil-Qasam tal-Politika tal-Ilma; (b) l-iżvilupp tal-ewwel pjan għall-immanniġġar tar-riskju ta’ għargħar u r-reviżjonijiet sussegwenti tiegħu għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni ma’, u jistgħu jiġu integrati mar-reviżjonijiet tal-pjanijiet għall-ġestjoni tal-baċin tax-xmara previsti fir-Regolamenti tal-2004 dwar Pjan ta’ Azzjon fil-Qasam tal-Politika tal-Ilma; (ċ) l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha kif mitlub mir-regolament 8 ta’ dawn ir-regolamenti għandu jkun koordinat ma’ l-involviment attiv tal-partijiet taħt ir Regolamenti tal-2004 dwar Pjan ta’ Azzjon fil-Qasam tal Politika tal-Ilma. 8. (1) L-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli lill-puubliku l-evalwazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar, il-mapep tal-periklu ta’ għargħar, mapep tar-riskju ta’ għargħar u l-pjanijiet għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar. (2) Il-partijiet interessati għandhom ikunu mħeġġa biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-produzzjoni, reviżjoni u l-aġġornament tal-Pjan għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar. 9. (1) Il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar għandha tiġi riveduta u jekk meħtieġ aġġornata sat-22 Diċembru 2018 u kull sitt snin wara, filwaqt li jitqies l-impatt probabbli tal bidla fil-klima fuq kif jiġru l-għargħar. (2) Il-mapep ta’periklu ta’ l-għargħar u l-mapep tar riskju ta’ l-għargħar għandhom jiġu riveduti u jekk meħtieġ aġġornati, sat-22 Diċembru 2019, u kull sitt snin wara dik id-data. (3) Il-pjan għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandu jiġi rivedut u, jekk ikun hekk meħtieġ, aġġornat, inklużi l-elementi stipulati fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn ir regolamenti sat-22 Diċembru 2021, u kull sitt snin wara, filwaqt li jitqies l-impatt probabbli tal-bidla fil-klima fuq l-għargħar li jiġru. Parteċipazzjoni pubblika. Reviżjoni. B 2651VERŻJONI ELETTRONIKA L-EWWEL SKEDA Regolament 6 (3) - Pjan għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar I. Komponenti ta’ l-ewwel Pjan għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar: 1. il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar kif meħtieġ skond dawn ir-regolamenti fil-forma ta’ mappa sommarja tad-distrett fejn jinġabar l-ilma, jew l-unità ta’ maniġġar li tiddelinea ż-żoni identifikati skond ir regolament 4, li huma s-suġġett ta’ dan il-Pjan għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar; 2. mapep tal-periklu ta’ għargħar u mapep ta’ riskju ta’ għargħar u l-konklużjonijiet li jistgħu jittieħdu minn dawk il-mapep; 3. deskrizzjoni ta’ l-għanijiet adatti ta’ l-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar; 4. ġabra tal-miżuri u prijorità lilhom mogħtija bil-għan li jinkisbu l-objettivi adatti ta’ l-immanniġġar tar-riskju ta’ għargħar, inklużi l-miżuri meħuda skond ir regolament 6, u miżuri relatati mal-għargħar meħuda taħt atti Komunitarji oħrajn, inkluż id-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, u d-Direttiva 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ periklu ta’ inċidenti maġġuri li jinvolvu sustanzi perikolużi, id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal- il-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent u d-Direttiva 2000/60/KE; 5. meta tkun disponibbli, għall-ilqugħ ta’ l-ilma maqsuma jew sotto-baċini, deskrizzjoni tal-metodoloġija, ta’ l-analiżi tal-benefiċċji mqabblin ma’ l-ispejjeż użati sabiex jiġu evalwati l-miżuri b’effetti transnazzjonali. II. Deskrizzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan: 1. deskrizzjoni tal-prijorità mogħtija u l-mod li bih il-progress fl implimentazzjoni tal-pjan ikun ser jiġi monitorjat; 2. sommarju tal-informazzjoni pubblika u miżuri ta’ konsultazzjoni meħuda; 3. lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti u, hekk kif ikun adatt, deskrizzjoni tal proċess ta’ koordinazzjoni mad-Direttiva 2000/60/KE. B 2652 VERŻJONI ELETTRONIKA IT-TIENI SKEDA Regolament 9(3) – Komponenti ta’ l-aġġornament sussegwenti tal-Pjan għall Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar: 1. kull bidla jew aġġornament minn wara l-pubblikazzjoni tal-verżjoni preċedenti tal- Pjan għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar, inkluż sommarju tar reviżjonijiet imwettqa skond ir-regolament 9; 2. valutazzjoni tal-progress li sar lejn il-kisba tal-miri msemmija fir-regolament 6 (2); 3. deskrizzjoni u spjegazzjoni għal kull miżura prevista fil-verżjoni preċedenti tal-Pjan għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar li kienet ippjanata li titwettaq u li ma saritx; 4. deskrizzjoni ta’ kull miżura addizzjonali minn wara l-pubblikazzjoni tal verżjoni preċedenti għall-Immaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar. B 2653VERŻJONI ELETTRONIKA L.N. 264 of 2010 MALTA RESOURCES AUTHORITY ACT (CAP. 423) Assessment and Management of Flood Risks Regulations, 2010 IN exercise of the powers conferred by article 28 of the Malta Resources Authority Act, the Minister for Resources and Rural Affairs, after consultation with the Malta Resources Authority, has made the following regulations: 1. (1) The title of these regulations is the Assessment and Management of Flood Risks Regulations, 2010. (2) The scope of these regulations is to tranpose Directive 2007/60/EC of the European Parliament and of the Council of 23 October 2007 on the assessment and management of flood risks (Text with EEA relevance) which establishes a framework for the assessment and management of flood risks, aiming at the reduction of the adverse consequences for human health, the environment, cultural heritage and economic activity associated with floods. 2. (1) Unless otherwise stated in these regulations, the definitions in the Act shall apply. Interpretation. (2) In these regulations unless the context otherwise requires: “the Act” means the Malta Resources Authority Act; “the competent authority” means the Malta Resources Authority; “flood” means the temporary covering by water of land not normally covered by water. This includes floods from rivers, mountain torrents, Mediterranean ephemeral water courses, and floods from the sea in coastal areas, and excludes floods from sewerage systems; “flood risk” means the combination of the probability of a flood event and of the potential adverse consequences for human health, the environment, cultural heritage and economic activity associated with a flood event; Title and scope. B 2654 VERŻJONI ELETTRONIKA “river” means a body of inland water flowing for the most part on the surface of the land but which may flow underground for part of its course; “sub-catchment” means the area of land from which all surface run-off flows through a series of streams, rivers and, possibly, lakes to a particular point in a water course (normally a lake or a river confluence); “water catchment” means the area of land from which all surface run-off flows through a sequence of streams, rivers and, possibly, lakes into the sea at a single river mouth, estuary or delta; “water catchment district” means the area of land and sea, made up of one or more neighbouring water catchments together with their associated groundwaters and coastal waters. (3) For the purposes of these regulations, any reference to Directives of the European Parliament and of the Council, shall be read and construed as if reference is made to the provisions of the regulations transposing the provisions of such directive into Maltese law. 3. (1) The competent authority shall undertake a preliminary flood risk assessment for each water catchment district and unit of management by 22 December 2011. This preliminary flood risk assessment shall provide an assessment of potential risks and shall be based on available or readily derivable information, such as records and studies on long term developments, in particular the impact of climate change on the occurrence of floods, and shall include the information required in sub-regulation (2) of this regulation. (2) The preliminary flood risk assessment shall include at least: (a) maps of the water catchment district at the appropriate scale including the borders of the water catchments, sub-catchments, and where existing, coastal areas, showing topography and land use; (b) a description of the floods which have occurred in the past and which have had significant adverse impacts Prelimiary flood risk assessment. B 2655VERŻJONI ELETTRONIKA on human health, the environment, cultural heritage and economic activity and for which the likelihood of similar future events is still relevant, including the flood extent and conveyance routes and an assessment of the adverse impacts they have entailed; (c) a description of the significant floods which have occurred in the past, where significant adverse consequences of similar future events might be envisaged; (3) The competent authority shall, where considered necessary, in collaboration and with the contribution of the relevant competent authorities undertake an assessment of the potential adverse consequences of future floods for human health, the environment, cultural heritage and economic activity, taking into account as far as possible issues such as the topography, the position of watercourses and their general hydrological and geo morphological characteristics, including floodplains as natural retention areas, the effectiveness of existing manmade flood defence infrastructures, the position of populated areas, areas of economic activity and long-term developments including impacts of climate change on the occurrence of floods. 4. On the basis of the preliminary flood risk assessment, the competent authority shall identify those areas where a potential significant flood risk exists or might be considered likely to occur. Identification of areas of potential significant flood risk. 5. (1) The competent authority shall prepare flood hazard maps and flood risk maps for the areas identified in terms of regulation 4. (2) Flood hazard maps shall cover the geographical areas which could be flooded according to the following scenarios: (a) floods with a low probability, or extreme event scenarios; (b) floods with a medium probability having a likely return period of more than one hundred years; (c) floods with a high probability, where appropriate. (3) For each scenario referred to in sub-regulation (2), the following shall be shown: Flood hazard maps. Identification of areas of potential significant flood risk. B 2656 VERŻJONI ELETTRONIKA (a) the flood extent; (b) water depths or water level, as appropriate; (c) where appropriate, the flow velocity or the relevant water flow. (4) Flood risk maps shall show the potential adverse consequences associated with flood scenarios referred to in sub-regulation (2) and shall be expressed in terms of: (a) the indicative number of inhabitants potentially affected; (b) type of economic activity of the area potentially affected; (c) installations as referred to in Annex I of Council Directive 96/61/EC of 24 September 1996 concerning integrated pollution prevention and control which may cause accidental pollution in case of flooding and potentially affected protected areas identified in Annex IV (1)(i), (iii) and (v) to Directive 200/60/EC; (d) other information which the competent authority considers useful, such as the indication of areas where floods with a high content of transported sediments and debris floods can occur and information on other significant sources of pollution. (5) For coastal areas and areas where flooding is from groundwater sources the preparation of flood hazard maps shall be limited to floods with a low probability or extreme event scenarios. (6) The flood hazard maps and flood risk maps shall be completed by 22 December 2013. 6. (1) The competent authority shall draw up Flood Risk Management Plans on the basis of the flood risk maps for each of the areas identified in terms of regulation 4. (2) The Flood Risk Management Plan shall incorporate objectives for each of those areas identified in terms of regulation 4, focusing on the reduction of potential adverse consequences of flooding for human health, the environment, cultural heritage Flood risk management plans. B 2657VERŻJONI ELETTRONIKA and economic activity and where appropriate on non-structural initiatives or on the reduction of the likelihood of flooding. (3) The Flood Risk Management Plan shall include the elements listed in the First Schedule to these regulations and shall take into account relevant aspects such as costs and benefits, flood extent and flood conveyance routes and areas which have the potential to retain flood water, such as natural floodplains, the environmental objectives of Article 4 of Directive 2000/60/EC, soil and water management, spatial planning, land use, nature conservation, navigation and port infrastructure. (4) Flood risk management plans shall address all aspects of flood risk management focusing on prevention, protection, preparedness, including flood forecasts and early warning systems and taking into account the characteristics of the particular water catchment or sub-catchment as well as the promotion of sustainable land use practices, improvement of water retention as well as the controlled flooding of certain areas in the case of a flood event. (5) Flood risk management plans shall be completed and published by 22 December 2015. 7. (1) The implementation of these regulations shall be effected in consistency with the Water Framework Policy Regulations, 2004 and shall focus on opportunities for improving efficiency, information exchange and for achieving common synergies and benefits having regard to the environmental objectives laid down in such regulations, in particular: (a) the development of the first flood hazard maps and flood risk maps and their subsequent reviews shall be carried out in such a way that the information they contain is consistent with relevant information pertaining to the Water Framework Policy Regulations, 2004; (b) the development of the first flood r isk management plans and their subsequent reviews shall be carried out in coordination with, and may be integrated into, the reviews of the water catchment management plans provided for in the Water Framework Policy Regulations, 2004; Implementation. L.N. 194 of 2004. B 2658 VERŻJONI ELETTRONIKA (c) the active involvement of all interested parties as required by regulation 8 of these regulations shall be coordinated with the active involvement of parties under the Water Framework Regulations, 2004. 8. (1) The competent authority shall make available to the public the preliminary flood risk assessment, the flood hazard maps, the flood risk maps and the Flood risk management plans. (2) Interested parties shall be encouraged to participate actively in the production, review and updating of the Flood risk management plans. 9. (1) The preliminary flood risk assessment shall be reviewed and if necessary updated by 22 December 2018 and every six years thereafter, taking into account the likely impact of climate change on the occurrence of floods. (2) The flood hazard maps and the flood risk maps shall be reviewed and if necessary updated, by 22 December 2019, and every six years thereafter. (3) The Flood risk management plans shall be reviewed and, if necessary, updated, including the elements set out in the Second Schedule to these regulations by the 22nd December 2021, and every six years thereafter, taking into account the likely impact of climate change on the occurrence of floods. Review. Public participation. B 2659VERŻJONI ELETTRONIKA FIRST SCHEDULE Regulation 6 (3) - Flood Risk Management Plans I. Components of the first Flood Risk Management Plan: 1. the conclusions of the preliminary flood risk assessment as required in terms of these regulations in the form of a summary map of the water catchment district, or the unit of management delineating the areas identified under regulation 4 which are the subject of this Flood Risk Management Plan; 2. flood hazard maps and flood risk maps and the conclusions that can be drawn from those maps; 3. a description of the appropriate objectives of flood risk management; 4. a summary of the measures and their prioritisation aiming to achieve the appropriate objectives of flood risk management, including the measures taken in accordance with regulation 6, and flood related measures taken under other Community acts, including Council Directives 85/337/EEC of 27 June 1985 on the assessment of the effects of certain public and private projects on the environment and Directive 96/82/EC of 9 December 1996 on the control of major accident hazards involving dangerous substances, Directive 2001/42/EC of the European Parliament and of the Council of 27 June 2001 on the assessment of the effects of certain plans and programmes on the environment and Directive 2000/60/EC; 5. when available, for shared water catchments or sub-catchments, a description of the methodology, of cost-benefit analysis used to assess measures with transnational effects. II. Description of the implementation of the plan: 1. a description of the prioritisation and the way in which progress in implementing the plan will be monitored; 2. a summary of the public information and consultation measures taken; 3. a list of competent authorities and, as appropriate, a description of the coordination process with Directive 2000/60/EC. B 26 60 V E R Ż JO N I E L E T T R O N IK A SE C O N D S C H E D U L E R eg ul at io n 9 (3 ) C om po ne nt s of t he s ub se qu en t up da te o f F lo od R is k M an ag em en t P la ns : 1. a ny c ha ng es o r up da te s si nc e th e pu bl ic at io n of th e pr ev io us v er si on o f th e Fl oo d R is k M an ag em en t P la n, in cl ud in g a su m m ar y of th e re vi ew s ca rr ie d ou t i n co m pl ia nc e w ith re gu la tio n 9; 2. a n as se ss m en t of t he p ro gr es s m ad e to w ar ds t he a ch ie ve m en t of t he ob je ct iv es re fe rr ed to in re gu la tio n 6 (2 ); 3. a d es cr ip tio n of , a nd a n ex pl an at io n fo r, an y m ea su re s fo re se en in th e ea rl ie r ve rs io n of th e flo od ri sk m an ag em en t p la n w hi ch w er e pl an ne d to b e un de rt ak en a nd ha ve n ot b ee n ta ke n fo rw ar d; 4. a d es cr ip ti on o f an y ad di ti on al m ea su re s si nc e th e pu bl ic at io n of t he pr ev io us v er si on o f t he F lo od R is k M an ag em en t P la n. Ip pu bb lik at m id D ip ar tim en t t al I nf or m az zj on i ( do i.g ov .m t) — V al le tt a — P ub lis he d by th e D ep ar tm en t o f I nf or m at io n (d oi .g ov .m t) — V al le tta M itb ug ħ fl Is ta m pe ri ja ta l-G ve rn fu q ka rt a ri ċi kl at a — P ri nt ed a t t he G ov er nm en t P ri nt in g Pr es s o n re cy cl ed p ap er Pr ez z/ Pr ic e € 0. 75 C'°' .,